# L.S. 601.07, regolament 21. Kondizzjonijiet għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti

- URL: https://procurelex.mt/mt/difiza/21 · English: https://procurelex.mt/en/defence/21
- Regolamenti dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (L.S. 601.07), consolidated version in force from 2011-10-25; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.7/mlt

L-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti jistgħu jirrikjedu kondizzjonijiet partikolari relatati mal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt, sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-liġi Komunitarja u jkunu indikati fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt (fl-avviżi ta’ kuntratt, fid-dokumenti tal-kuntratt, fid-dokumenti ta’ spjegazzjoni jew id-dokumenti ta’ sostenn). Dawn il-kondizzjonijiet jistgħu, notevolment, jikkonċernaw is-subkuntrattar jew ifittxu li jiżguraw is-sigurtà tal-informazzjoni klassifikata u s-sigurtà tal-provvista meħtieġa mill-awtorità jew entità kontraenti, taħt ir-regolamenti 22, 23 u 24 jew jikkunsidraw fatturi ambjentali jew soċjali.
