# L.S. 601.07, regolament 20. Varjanti

- URL: https://procurelex.mt/mt/difiza/20 · English: https://procurelex.mt/en/defence/20
- Regolamenti dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (L.S. 601.07), consolidated version in force from 2011-10-25; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.7/mlt

(1) Fejn il-kriterju tal-għoti huwa dak tal-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża, l-awtorità jew entità kontraenti tista’ tawtorizza lill-offerent biex jippreżenta varjanti.
(2) L-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti għandhom jindikaw fl-avviż ta’ kuntratt jekk huma jawtorizzawx il-varjanti jew le. Jekk ma jkunx hemm indikazzjoni, il-varjanti m’humiex awtorizzati.
(3)
   (a) L-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti li jawtorizzaw il-varjanti għandhom isemmu fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti l-esiġenzi minimi li l-varjanti għandhom jissodisfaw kif ukoll kwalunkwe rekwiżit ieħor għall-preżentatzzjoni tagħhom.
   (b) L-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti għandhom jikkunsidraw biss il-varjanti li jikkorrispondu għar-rekwiżiti minimi mitluba minnhom.
(4) Fil-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvisti jew ta’ servizzi, l-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti li jkunu awtorizzaw varjanti ma jistgħux jirrifjutaw varjant għall-unika raġuni li dan iwassal, jekk jinżamm, rispettivament kemm għal kuntratt ta’ servizzi minflok kuntratt ta’ provvisti, jew għal kuntratt ta’ provvisti minflok kuntratt ta’ servizzi.
