# L.S. 601.07, regolament 15. Kuntratti riservati

- URL: https://procurelex.mt/mt/difiza/15 · English: https://procurelex.mt/en/defence/15
- Regolamenti dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (L.S. 601.07), consolidated version in force from 2011-10-25; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.7/mlt

L-awtorità jew entità kontraenti tista tirriserva d-dritt li tipparteċipa fi proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti lil workshops prottetti jew tipprovdi li dawn il-kuntratti jitwettqu fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjieg protetti fejn il-biċċa ’l kbira tal-impjegati konċernati huma persuni b’diżabbiltà li, minħabba fin-natura jew is-serjetà tad-diżabbiltajiet tagħhom, ma jistgħux iwettqu xogħlijiet f’kondizzjonijiet normali. L-avviż ta’ kuntratt għandu jagħmel referenza għal din id-dispożizzjoni.
