# L.S. 601.07, regolament 13. Kuntratti mogħtija skont regoli internazzjonali

- URL: https://procurelex.mt/mt/difiza/13 · English: https://procurelex.mt/en/defence/13
- Regolamenti dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (L.S. 601.07), consolidated version in force from 2011-10-25; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.7/mlt

Dawn ir-regolamenti m’għandhomx japplikaw għall-kuntratti regolati minn:
   (a) regoli speċifiċi proċedurali skont ftehim internazzjonali jew arranġament bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz jew aktar;
   (b) regoli speċifiċi proċedurali skont ftehim internazzjonali konkluż jew arranġament dwar l-istazzjonar ta’ truppi u li jikkonċerna l-garanzji mogħtija minn xi Stat Membru jew pajjiż terz;
   (ċ) regoli speċifiċi proċedurali ta’ organizzazzjoni internazzjonali, li tixtri għal skopijiet tagħha jew ta’ kuntratti li għandhom jingħataw minn Malta bi qbil ma’ dawk ir-regoli.
