# L.S. 601.07, regolament 11. Kuntratti ta’ ftehim qafas mogħtija minn korpi ċentrali ta’ xiri

- URL: https://procurelex.mt/mt/difiza/11 · English: https://procurelex.mt/en/defence/11
- Regolamenti dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (L.S. 601.07), consolidated version in force from 2011-10-25; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.7/mlt

(1) L-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti jistgħu jixtru xogħlijiet, provvista u jew servizzi minn jew permezz ta’ korp ċentrali ta’ xiri.
(2) L-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti li jixtru xogħlijiet, provvisti u jew servizzi minn jew permezz ta’ korp ċentrali ta’ xiri fil-każi stabbiliti fit-tifsira ta’ korp ċentrali ta’ xiri fir-regolament 2 għandhom ikunu meqjusa li kkonformaw ma’ dawn ir-regolamenti safejn:
   (a) il-korp ċentrali ta’ xiri jkun ikkonforma magħhom, jew
   (b) meta l-korp ċentrali ta’ xiri ma jkunx l-awtorità jew entità kontraenti, ir-regoli tal-għoti tal-kuntratt li jkunu applikati jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti u l-kuntratti li jingħataw jistgħu jkunu suġġetti għal rimedji suffiċjenti komparabbli ma’ dawk previsti f’dawn ir-regolamenti.
